Panama: Mossack Fonseca tgħid li hi vittma ta’ reat

Il-kumpanija mill-Panama, Mossack Fonseca, qed takkuża lil min għandu f’idejh il-11-il miljun dokument imsejħa “Panama Papers” bi ksur ta’ liġi.
Direttur tal-kumpanija qal li l-informazzjoni ma ħarġitx minn ġewwa imma li s-servers ta’ Mossack Fonseca ġew hacked u d-dokumenti misruqa.
Għalhekk, saħaq, li min qed joħroġ l-informazzjoni privata qed iwettaq reat.
Mid-dokumenti s’issa sar magħruf li huma mill-inqas 12-il kap ta’ stat, jew eks-kap ta’ stat, u 60 persuna oħra qrib politiċi influwenti li fetħu kumpaniji offshore permezz ta’ Mossack Fonseca.
Fid-dokumenti jissemma wkoll il-Ministru Malti Konrad Mizzi.