Panama: Mossack Fonseca għinet individwi sanzjonati

Dokumenti juru li l-kumpanija li tinsab fil-qalba tal-Panama Papers, Mossack Fonseca, għinet klijenti li kienu suġġetti għal sanzjonijiet internazzjonali.
Mossack Fonseca ħadmet ma’ 33 individwu jew kumpanija li kienu tpoġġew taħt sanzjonijiet internazzjonali mit-Teżor tal-Istati Uniti, u jinkludu kumpaniji bbażati fl-Iran, fiż-Żimbabwe u fil-Korea ta’ Fuq.
Waħda minnhom kellha anke rabtiet mal-programm ta’ armi nukleari tal-Korea ta’ Fuq.
Din l-informazzjoni ħarġet mill-11-il miljun dokument li kienu żvelati mill-informazzjoni interna tal-kumpanija Mossack Fonseca.
Mossack Fonseca rreġistrat kumpaniji barranin bħala entitajiet barranin li qed joperaw taħt isimha. Dan ifisser li l-identità tas-sidien vera hi diffiċli biex tintraċċa għaliex isimhom kien jitħalla barra minn dokumenti pubbliċi.