Panama: L-UE se tobbliga kumpaniji kbar jiddikjaraw investimenti f’tax havens

L-UE se tħabbar pjani biex kumpaniji kbar ikunu obbligati jkunu iktar trasparenti dwar il-ħlas tat-taxxi.
Ir-regoli ġodda se jolqtu lill-kumpaniji li jbiegħu b’iktar minn €750 miljun fis-sena, li se jkunu obbligati jippubblikaw dettalji dwar taxxi li jħallsu fi kwalunkwe pajjiż membru u anke xi flus jew attivitajiet għandhom f’dawk il-pajjiżi meqjusa tax havens.
Id-dettalji se jingħataw hekk kif żdiedu l-appelli f’diversi pajjiżi membri wara l-ħruġ tad-dokumenti ‘Panama Papers’ li taw spinta ġdida lill-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa.