Panama: Jitolbu lill-PM Awstraljan jieħu azzjoni

Is-silenzju mill-awtoritajiet dwar il-Panama Papers qed iqanqal tħassib mhux biss f’Malta, iżda anke fl-Awstralja.

Aktar minn 40 ċittadin prominenti fl-Awstralja semmgħu l-frustrazzjonijiet tagħhom permezz ta’ ittra li bagħtu lill-Prim Ministru Malcolm Turnbull, fejn qed jitolbuh jaġixxi.

Fost l-oħrajn qed jitolbuh jagħmel illegali l-użu ta’ kumpaniji shell b’sidien moħbija u mezzi oħra ta’ evażjoni tat-taxxa.

Talbuh jesiġi li kumpaniji multinazzjonali jkunu trasparenti dwar l-attivitajiet tagħhom, biex ma jevitawx l-obbligi ta’ tassazzjoni.

Madanakollu, kelliem għall-Prim Ministru Awstraljan qal li m’hemm l-ebda pjani immedjati li jinbidlu l-liġijiet kurrenti.

L-Uffiċċju ta’ Tassazzjoni fl-Awstralja identifika aktar minn 800 individwu Awstraljan fil-files ta’ Mossack Fonseca, u wara li faqqa’ l-iskandlu nieda investigazzjoni dwar uħud minnhom.