Panama: Il-Pulizija tagħmel rejd fil-kwartieri ta’ Mossack Fonseca

Il-Pulizija ta’ Panama għamlet rejd fil-kwartieri tal-kumpanija legali fiċ-ċentru tal-Panama Papers, Mossack Fonseca.
Id-dokumenti tal-Panama Papers kixfu kif il-kumpanija Mossack Fonseca bbażata fil-Panama tgħin lill-klijenti tagħha jinvestu flushom b’mod sigriet f’pajjiżi fejn ma jkollhomx iħallsu t-taxxi.
S’issa Mossack Fonseca ċaħdet li għamlet xi ħaġa ħażina. Qalet li kienet vittma ta’ hack u li l-informazzjoni kienet interpretata ħażina.
Il-President tal-Panama Juan Carlos Varela wiegħed li se jaħdem ma’ pajjiżi oħra biex isaħħaħ it-trasparenza fl-industrija tas-servizzi finanzjarji tal-pajjiż.
Ir-rejds saru mill-pulizija flimkien ma’ uffiċjali tas-sessjoni tal-kriminalità. Uffiċjali għalqu l-kwartieri waqt li l-prosekuturi daħlu biex ifittxu d-dokumenti.