Panama: Il-Kummissarju tal-Pulizija ma jgħidx jekk intalabx jinvestiga

Il-Korp tal-Pulizija ma weġibx dwar jekk il-Kummissarju tal-Pulizija ssejjaħx biex jinvestiga d-dokumenti żvelati lbieraħ dwar kumpaniji sigrieti fil-Panama, fosthom tal-Ministru Konrad Mizzi.
Għall-mistoqsijiet ta' Newsbook.com.mt, il-Korp tal-Pulizija ma weġibx lanqas jekk fil-laqgħa li saret matul il-lejl li għadda f'Kastilja ġewx diskussi dawn id-dokumenti, li kienu għadhom kif ġew ippubblikati.
It-Taqsima Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Pulizija qalet li lbieraħ il-Kummissarju tal-Pulizija ġie msejjaħ għal-laqgħa f'Kastilja fuq stedina tas-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri dwar l-inċident f'Montekristo.