Panama: Id-dibattitu fil-Parlament mhux biżżejjed

Il-maratona li għaddejja bħalissa fil-Parlament mhux biżżejjed iżda l-midja soċjali qed tintuża bħala pjattaforma biex diversi politiċi jgħaddu l-messaġġ tagħhom.
Fost dawn hemm l-Ewroparlamentari li wasslu, permezz ta' Twitter, il-messaġġ tagħhom. 
L-itwal kumment tellgħu dalgħodu l-Ministru Evarist Bartolo. 
Huwa kkwota l-kitba ta' Ġuże Ellul Mercer, l-istess awtur li kkwota għadd ta' drabi matul l-aħħar ġimgħat u li nħassu bħala botti sottili kontra l-każ tal-Panama li fih hemm involut il-Ministru Konrad Mizzi. 
Din id-darba iżda kkwota lil Ellul Mercer biex juri li llejla se jkun qed jivvota kontra l-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni.