Panama: Cameron se jressaq proposti dwar il-kumpaniji offshore

Il-Gvern Ingliż qed ifassal proposti li bihom jagħmilha illegali li kumpaniji offshore jixtru propjetà fir-Renju Unit jekk iżommu isem is-sidien tal-kumpaniji, anonimu.
B’hekk jipprova jindirizza l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus.
Il-Prim Ministru David Cameron mistenni jħabbar id-dettalji x-xahar id-dieħel meta f’Londra se jsir summit internazzjonali kontra l-korruzzjoni.
Għalkemm mhux illegali li wieħed ikollu propjetà f’isem kumpaniji offshore, l-istruttura tippermetti lis-sidien ma jħallsux it-taxxa għax f’reġistri pubbliċi jitniżżel biss isem il-kumpanija mhux isimhom.
F’Londra biss hemm mas-36,000 propjetà, b’valur ta’ €215-il biljun, li huma ta’ kumpaniji anonimi.
F’Hong Kong imbagħad għaddejja protesta mill-unjin tal-ġurnalisti wara t-tkeċċija ta’ Editur ta’ ġurnal li ppubblika rapport dwar il-Panama Papers.
Kienu diversi l-personalitajiet Ċiniżi msemmija fid-dokumenti ta’ Mossack Fonseca, inkluż uħud qrib il-President attwali.
Fl-Awstralja, fl-aħħar ħin, żdiedet il-pressjoni fuq il-Prim Ministru, Malcolm Turnbull, biex jieħu azzjoni