Panama: Cameron mhux se jiġi investigat mill-Parlament

Il-Parlament Ingliż mhux se jinvestiga lill-Prim Ministru David Cameron dwar it-trust li kellu barra l-pajjiż u dwar materji ta’ taxxa, żvelati mill-Panama Papers.
Il-Kummissarju tal-Parlament għall-Istandards qalet li d-deċiżjoni hi li ma ssirx investigazzjoni imma ma tatx raġuni għaliex.
David Cameron kellu jippubblika d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-aħħar sitt snin wara li sar magħruf li missieru, illum mejjet, kellu kumpaniji fil-Panama, u li hu wiret parti minn dan il-ġid li iktar tard biegħ qabel sar Prim Ministru. 
Iktar kmieni llum ġie żvelat li Cameron se jressaq proposti dwar il-kumpaniji offshore f'summit internazzjonali li se jsir f'Londra dwar il-korruzzjoni.