Panama: Cameron jammetti li kellu ishma li biegħ

Il-Prim Ministru Ingliż, David Cameron, qed jiġi akkużat mill-Oppożizzjoni Laburista b’ipokrezija hekk kif wara r-rivelazzjonijiet mill-Panama Papers, joħroġ issa li hu kien propjetarju ta’ ishma f’offshore trust li kien waqqaf missieru.
Isem missier Cameron, illum mejjet, kien fost l-iktar ismijiet li dwew fir-Renju Unit, wara l-ħruġ ta’ iktar minn 11-il miljun dokument mill-kumpanija Mossack Fonseca.
Fl-ewwel jiem, dikjarazzjonijiet minn Downing Street kienu jgħidu li hu l-Prim Ministru m’għandu ebda sehem mill-kumpaniji ta’ missieru, iżda issa ħareġ li kellu ishma li biegħ qabel sar Prim Ministru, li fissru dħul għalih ta’ £31,500 (€39,000) u li ħallas kull taxxa dovuta fir-Renju Unit.
Il-Partit Laburista Ingliż qed iżid il-pressjoni fuq Cameron biex jirriżenja għaliex “għatta u żvija”.