Panama: 676 kumpanija assoċjati ma’ Malta

Malta hi assoċjata ma’ total ta’ 676 kumpanija involuti fl-iskandlu tal-Panama Papers.
Il-kumpaniji għandhom total ta’ 277 shareholder, 42 klijent u 59 benefiċjarju. Fost il-277 shareholder hemm il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi.
Din l-informazzjoni toħroġ mill-11-il miljun dokument leaked tal-Panama Papers tal-kumpanija Mossack Fonseca. Huma juru n-numru ta’ kumpaniji, klijenti, benefiċjarji u shareholders f’kull pajjiż.
Il-mappa nħolqot minn The Irish Times, li jaħdmu id f’id mal-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi.
Dawn id-dokumenti juru kif il-kumpanija Mossack Fonseca bbażata fil-Panama tgħin lill-klijenti tagħha jinvestu flushom b’mod sigriet f’pajjiżi fejn ma jkollhomx iħallsu t-taxxi.
Tista' tara l-mappa sħiħa hawn.