Pan di Spanja

Riċetta ta' Anton B. Dougall
Importanti li l-Forn ikun sħun ħafna.
Ingredjenti:

  • 150gr bajd
  • ​150gr zokkor. (jekk jista jkun uża zokkor castor)
  • 150gr dqiq plain
  • Mgħarfa butir imdewweb
  • Essenza tal-vanilla
  • Qoxra maħkuka ta’ lumija

Metodu:
1. Saħħan il-forn 1900C, Gas Numru 5.
2. Idlek forma ta’ daqs 25cm bi ftit marġerina u roxx ftit dqiq. Jekk se tuża forma tas-silicone ma hemmx għalfejn tidlikha.
3. Qiegħed il-bajd, zokkor, l-essenza tal-vanilja u l-qoxra maħkuka ta’ lumija jew ġo bieqja jew ġo mixer. Jekk se tagħmilhom ġo bieqja trid tuża whisk tal-elettriku biex jitħabbtu tajjeb.
4. Ħaddem sakemm it-taħlita tikber u tiġi qisha krema bajdanija.
5. Għarbel id-dqiq u ibda żidu ftit, ftit mat-taħlita tal-bajd. Biex tagħmel hekk trid tuża mgħarfa tal-injam.
6. Ġo kazzola żgħira dewweb l-imgħarfa butir.
7. Meta tkun żidt id-dqiq kollu, żid l-imgħarfa butir imdewba.
8. Ferra fil-forma midluka u sajjar fil-forn għal madwar 25-30 minuta.
Għal aktar riċetti segwi l-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK