Palumbo jirbaħ tliet progetti kbar oħra

It-tarzna ta’ Palumbo rebħet tliet proġetti kbar fuq super yachts u cruise liners wara kompetizzjoni iebsa minn tarznari oħra.
Fi stqarrija, il-Kap Eżekuttiv ta’ Palumbo Antonio, Palumbo qal li t-tarzna Maltija kklassifikat it-tielet fid-dinja fuq xogħol ta’ manutezjoni ta’ cruiseliners.
Palumbo qal li fit-tarzna ta’ Malta għadu kif tlesta xogħol ta’ rinnovar fuq il-cruise liner Mein Schiff 1, fejn 1,00 persuna ħadmu għal 12-il ġurnata biex ix-xogħol tlesta fil-ħin.
Palumbo qal li t-tarzna qed taħdem bla qattiegħ biex jattira aktar xogħol lejn it-tarzna Maltija. Bħalissa fit-tarzna hemm żewġ super yachts l-MY Alkhor u l-MY Serene, li qed jsir xogħol estensiv fuqhom.