Palumbo fost l-esebituri fl-EXPO tal-MCAST

Palumbo Malta Shipyard Ltd., waħda mill-aqwa fl-Ewropa, kienet għall-ewwel darba fost il-kumpaniji li ħadu sehem fl-EXPO organizzata mill-MCAST.
L-EXPO offriet informazzjoni u linjigwida prattiċi lil dawk l-istudenti li urew li huma interessati fl-operat tagħha u f’opportunitajiet ta’ xogħol għall-quddiem.
Il-ħames edizzjoni tal-MCAST EXPO, attività ta’ tliet ijiem li offriet lill-viżitaturi idea ċara ta’ dak li toffri l-esperjenza ta’ tagħlim fl-MCAST, saret bejn il-Ħamis 23 u s-Sibt 25 ta’ Ġunju fil-kampus ewlieni tal-MCAST f’Raħal Ġdid.