Palk idur 360 grad għall-kunċert ta’ Red Electrick

Read in English.

Red Electrick għadhom kif ħabbru li f’Novembru se jniedu r-raba’ album tagħhom, Tragic Optimistic, li se jinkludi fih it-tlett siltiet riċenti Right Here, G.O.R.G.E.O.U.S u New Day flimkien ma’ 10 siltiet oħra ġodda li bla dubju se jagħtu gost lill-ammiraturi tagħhom.

L-album ser jitnieda waqt il-kunċert annwali li ser jittella’ fid-9 ta’ Novembru. Għall-ewwel darba se jkun qed jintuża palk li jdur 360 grad, bl-udjenza preżenti mdawwrin magħhom.

Għal iktar informazzjoni dwar biljetti, segwu l-paġni uffiċjali ta’ Facebook u Instagram ta’ Red Electrick jew idħlu fis-sit showshappening.com