Palestinjani jmorru lura f’darhom

Hekk kif f’Gaza jinsabu fis-seħħ 12-il siegħa ta’ waqfien mill-ġlied, ir-residenti qed imorru lura f’darhom.
Madwar 85 persuna nħarġu mejta mit-tifrik waqt dan iż-żmien ta’ waqfien mill-ġlied.
Uffiċjali Palestinjani qalu li b’kollox in-numru tal-persuni mejta jlaħħaq 985 minn meta beda l-kunflitt bejn Iżrael u l-Ħamas fit-8 ta’ Lulju li għadda.
Fil-kunflitt inqatlu wkoll 39 Iżraeljan.
Matul dan iż-żmien ta’ waqfien mill-ġlied reġa bdew il-laqgħat għall-paċi f’Pariġi.
L-Armata Iżraeljana qalet li għalkemm intlaħaq qbil għal waqfien temporanju mill-ġlied se jiġu ndividwati u meqruda passaġġi taħt l-art li qed jintużaw mill-Ħamas.