Palestinjani jakkużaw lill-Viċi President Amerikan b’nuqqas ta’ fidi

Ħafna nsara Palestinjani isostnu li l-mudell kristjan evanġeliku tal-Viċi President Amerikan Mike Pence li jgħid li dak li qed jagħeml Isarel illum hu li jwettaq profezija biblika, hu nieqes mill-fidi għax ma jagħmilx ġustizzja u ma juri ebda kumpassjoni ma’ dawk li ilhom 50 sena isofru l-okkupazzjoni Isareljana.
Pence kien f’Ġerusalemm nhar it-Tnejn jipproklama b’ħanġra kbira l-appoġġ għal Israel f’diskors li għamel fil-Knesset li kien mimli riferenzi bibliċi.
Pence u l-Prim Ministru Isareljan Netanyahu faħħru u ferħu bid-deċiżjoni riċenti tal-President Donald Trump li jirrikonoxxi Ġerusalemm bħala l-kapitali ta’ Israel. Din il-bidla drammatiku fil-politika amerikana qed titqies bħala tradiment mill-Palestinjani li jsostnu li l-parti tal-Lvant ta’ Ġerusalemm bħala l-kapitali ta’ pajjiżhom. Il-Palestinjani issa mhux qed jaċċettaw lill-Istati Uniti biex tmexxi sforzi ta’ medjazzjoni biex tkun riżolta l-kwestjoni eterna bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-kwestjoni dwar Ġerusalemm anqas ma niżlet tajjeb ma’ pajjiżi Għarab alleati tal-Istati Uniti, partikolarment il-Ġordan fejn ir-Re Abdullah II għamel ċar dan id-diżappunt meta ltaqa’ ma Pence il-Ħadd li għadda.
Fil-vjaġġ tiegħu fil-Lvant Nofsani, Mike Pence poġġa l-kwestjoni ta’ Ġerusalemm bħala prijorita. F’dikjarazzjoni li għamel qal li t-twemmin reliġjuż tiegħu – u ddeskriva lilu nnfisu bħala nisrani, konservattiv u republikan – iġiegħlu jappoġġja lil Isarel b’saħħtu kollha.
Insara Zionisti laqgħu d-dikjarazzjoni ta’ Pence għax jemmnu li t-twaqqif tal-istat ta’ Israel hu prova li Alla jżomm kelmtu.
Il-Palestinjani nsara li għandhom għeruq sodi fl-Art Imqaddsa, jikkunsidraw ill-veduuti taż-Zionisti bħala ċaħda tat-tagħlim ta’ Kristu dwar il-ġustizzja, u l-kumpazzjoni għall-umanita’ kollha. Isostnu li dawn qed jużaw ir-reliġjon biex jgħattu l-politika ħarxa ta’ Isarel fil-konfron ta’ miljuni ta’ Palestinjani.