Palestinjani arrestati ‘għax riedu joqtlu’ Ministru Iżraeljan

Tliet Palestinjani mix-Xatt tal-Punent ġew arrestati minħabba li skont il-Pulizija Iżraeljana, riedu joqtlu lill-Ministru Iżraeljan tal-Affarijiet Barranin.
Avigdor Lieberman għandu propjetà fix-Xatt tal-Punent.
Il-militar Iżraeljan qal li t-tliet irġiel ġabru informazzjoni dwar kif il-Ministru u l-iskorta tiegħu jiċċaqilqu minn post għall-ieħor waqt li riedu jixtru hand grenades li mbagħad kienu se jitfgħu lill-uffiċjali tas-sigurtà tal-Ministru.