Palestinjan liebes ta’ ġurnalist jattakka suldat Lhudi

Raġel Palestinjan li kien qed jagħmilha ta’ ġurnalist, attakka b’sikkina u darab serjament suldat Lhudi. L-attakk seħħ fix-Xatt tal-Punent.
L-aggressur kien liebes flokk bil-kelma “press” b’tipa kbira. Ftit sekondi wara l-attakk, suldati Lhud sparawlu u qatluh.
Dan l-attakk seħħ ftit metri biss ‘l bogħod mill-post fejn grupp ta’ Palestinjani u Lhud kienu qed jiġġieldu.