Palestinjan joqtol ċittadin Amerikan-Iżraeljan fix-Xatt tal-Punent

Reuters

Palestinjan ta numru ta’ daqqiet ta’ sikkina bil-konsegwenza ta’ liem qatel lil raġel imwieled l-Amerika, iżda li kien mar jgħix ix-Xatt tal-Punent. Ftit tal-ħin wara, il-Palestinjan inqabad mill-Pulizija wara li sparaw fuqu.

Il-vittma, Ari Fuld, ta’ 45 sena kien magħruf bħala attivist favur l-Iżrael u skont il-profil ta’ Twitter tiegħu jidher li kien wasal biex jibda sensiela ta’ lezzjonijiet madwar l-Amerka f’Novembru.

Il-Pulizija Iżraeljana qalet li l-Palestinjan tah daqqa ta’ sikkina waqt li kien qiegħed f’kumpless ta’ ħwienet f’żona fejn jgħixu għadd kbir ta’ Lhud, fin-Nofsinhar ta’ Ġerusalemm. Hu ġie identifikat bħala Khalil Youssef, li għandu biss 17-il sena u li kien joqgħod fil-villaġġ ta’ Yatta. Hu jinsab taħt arrest.