Palestinjan jingħata sentenza ta’ ħabs fuq serq

Khalid Ali Omar ta’ 24 sena, imwieled il-Palestina, ngħata sentenza ta’ sena ħabs effettiva. Huwa ġie akkużat li wettaq diversi serqiet minn madwar Malta u li laqa’ għandu diversi oġġetti misruqa.

Khalid Ali Omar irrenda ruħu riċediv wara li nstab ħati b’diversi sentenzi tal-Qrati ta’ Malta liema sentenzi saru definittivi u ma jistgħux jinbidlu.

L-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu.