Palazz fil-Belt jinbidel f’vetrina ta’ arti mill-istudenti

Aktar minn 60 biċċa xogħol artistika ta’ studenti jinsabu għall-wiri f’Palazzo de La Salle fi Triq ir-Repubblika il-Belt Valletta.
Dawn ix-xogħlijiet jiffurmaw parti mill-Esibizzjoni Nazzjonali ta’ Arti mill-Istudenti 2014 li qed tiġi organiżżata mis-Soċjetà Maltija għall-Arti.
Ix-xogħlijiet artistiċi nqasmu f’erba’ kategoriji differenti – dawk minn 5 sa 7 snin, 8 sa 11-il sena, 12 sa 15-il sena, u 16 sa 17-il sena.
Ġie spjegat li l-għan ta’ din il-wirja hu li jinkoraġġixxi l-kreattività fost l-istudenti waqt li jkollhom l-opportunità li juru x-xogħlijiet tagħhom.
Tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura Jose’ Herrera li ddeskrieva din il-wirja bħala “vetrina tat-talent emerġenti fil-gżejjer Maltin”.
Din il-wirja se tibqa’ miftuħa sas-Sibt 12 ta’ April.