Palace jakkwistaw 3 punti minn fuq United

Roy Hodgson faħħar lill-plejers tiegħu ta’ Crystal Palace għall-prestazzjoni tagħhom kontra Manchester United. Palace irnexxielhom jakkwistaw tliet punti wara li skurjaw fil-ħin barrani tal-logħba. L-iskor finali kien ta’ 1 -2 għal Crystal Palace. Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Palace barra minn darhom kontra United f’dawn l-aħħar snin. L-aħħar li kienu rebħu f’Old Trafford kien fl-1989.

Jurgen Klopp aktar tard wara l-logħba bejn Liverpool u Arsenal qal li kienet prestazzjoni mimlija saħħa, enerġija u passjoni. Hu żied jgħid li fl-opinjoni tiegħu, dawn kienu l-ingredjenti meħtieġa biex jissiġillaw tliet punti. Għal Liverpool skurjaw Matip u Salah u għal Arsenal skurja Torreira.

Riżultati oħra:

Norwich City 2 – 3 Chelsea

Brighton & Hove Albion 0 – 2 Southampton

Sheffield United 1 – 2 Leicester City

Watford 1 – 3 West Ham United