Pakkett ta’ għajnuna ta’ €1.4m għall-futbol lokali

L-MFA ħabbret li l-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA approva pakkett ta’ rispons għall-COVID-19 li jgħin lill-klabbs tal-futbol jindirizzaw id-diffikultajiet bla preċedent li jiffaċċjaw minħabba l-pandemija.

Il-pakkett jinkludi sett ta’ miżuri stipulati fi pjan ta’ rkupru li jiswa total ta’ €1.4 miljun f’għamliet finanzjarji u forom oħra ta’ għajnuna, biex jiżgura li l-isfidi attwali jiġu megħluba u li l-pajsaġġ tal-futbol domestiku jibqa’ stabbli u kumpatt waqt li jkun qed jipprepara għall-istaġun tal-futbol ġdid.

Minbarra r-riżorsi tagħha stess, l-Assoċjazzjoni qed tittrasferixxi fuq il-Pjan ta’ Għajnuna għall-Covid tal-FIFA u qed talloka aktar minn €540,000 lill-klabbs f’għotjiet finanzjarji diretti.

Klabbs li ikkompetew fil-Premier League 2019/20 se jingħataw €15,000 kull wieħed għal total ta’ € 210,000. Klabbs fid-diviżjonijiet l-oħra, kif ukoll il-klabbs tan-Nisa u tal-Futsal, ukoll ser jibbenefikaw.

L-ekwivalenti ta’ 10% ta’ dan l-ammont jitħallas direttament lin-nurseries tal- klabbs għal skopijiet ta’ żvilupp taż-żgħażagħ.