Aġġornata: Pakkett suspettuż fi stazzjon tal-ferrovija fil-Ġermanja

Stazzjon tal-ferrovija fiċ-ċentru ta’ Berlin ġie evakwat aktar kmieni llum wara li kien skopert pakkett suspettuż.
Dan kien ikkonfermat mill-Pulizija f’Berlin wara li nstab pakkett fuq pjattaforma fl-istazzjoni ta’ Ostbahnhof għall-ħabta tal-11am.
Aktar tard il-Pulizija kkonfermat li l-pakkett ma kien fih xejn li setgħa jkun ta' periklu.