Pakkett iqajjem kjass fi Triq ir-Repubblika

Pakkett suspettuż fi Triq ir-Repubblika ma kien xejn għajr theddida.
Il-Pulizija kienet infurmata bit-theddida ta’ bomba fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta għall-ħabta tad-9:30a.m.
Membri mill-bomb disposal unit marru fuq il-post u eżaminaw il-pakkett li tħalla.
Għal xi ħin, il-Pulizija għalqet parti minn Triq ir-Repubblika, iżda s-sitwazzjoni ma damitx ma reġgħet ġiet lura għan-normal.