Pakkett f’wiċċ il-baħar fix-Xlendi; x’aktarx droga

visitgozo.com

Fix-Xlendi, jgħum f’wiċċ il-baħar, instab pakkett suspettuż aktarx mimli droga.

Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li l-pakkett instab fil-bokka tal-bajja tax-Xlendi nhar is-Sibt li għadda. Żiedu jgħidu li aktarx dan il-pakkett, li nstab għall-ħabta ta’ nofsinhar, kien parti minn pakkett ikbar.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Paul Coppini.

Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet lill-Pulizija.