Terremot joqtol 40 u jweġġa’ 25 persuna

Terremot qawwi kisser parti mill-provinċja tal-Baluchistan, li tinsab fil-majjistral tal-Pakistan u qatel minn tal-inqas 30 persuna.

It-theżżiża nħaset saħansitra mill-kapitali Indjani New Delhi, li tinsab mijiet ta' kilometri 'l bogħod.  

Jidher fuq l-iskala Richter it-terremot kejjel qawwa ta' 7.8.

Skont uffiċjal tal-gvern Pakistani, kawża tat-theżżiża, fiż-żona ta’ Awaram, fejn ġie rreġistrata l-epiċentru tat-terremot, iġġarrfu 30% tad-djar kollha. 

Madwar 25 persuna weġġgħu u n-numru tal-mejta mistenni jilħaq il-mijiet.

Bħalissa għaddejja ħidma ta’ salvataġġ biex tingħata l-ewwel għajnuna u jinħarġu minn qalb it-tifrik il-pesruni maqbuda.