Pakistan: L-istudenti jirritornaw fil-klassi wara l-massakru

F’Peshawar, fil-Pakistan, l-istudenti u l-għalliema rritornaw fl-iskola li f’Diċembru sfat taħt il-mira tat-Taliban.
Impressjonanti l-ewwel ritratti li ħarġu tal-bini, li juru kif il-militanti attakkaw klassi klassi u fetħu n-nar b’mod esaġerat biex qatlu lil kull min sabu fil-bini.
F’dan l-attakk mietu mal-140 persuna, b’iktar minn 130 minnhom tfal, u weġġgħu mal-120 oħra.
Wara l-massakru, il-Gvern Pakistani biddel il-liġijiet biex terroristi jkunu jistgħu jitressqu quddiem qorti apposta.