Pakistan: “Għandu jgħid min tah il-flus biex ma jikxifx fuq il-Panama Papers”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tal-Pakistan, Syed Khursheed Shah qal li jekk il-Kap tal-Partit Politiku Tehreek-e-Insaf, Imran Khan, ma jgħidx min offrilu €143 miljun għandu jitlaq mill-politika.
Syde Murad Ali Shah kien qed jirreferi għall-allegazjoni li Imran Khan kien ġie offrut il-flus mill-Prim Ministru Nawaz Sharif biex jibqa’ sieket fuq il-każ tal-Panama Papers.
Huwa qal li Imran Khan għandu jiġi investigat ukoll.
Qal li jekk Imran Khan għandu sens ta’ moralità għandu jikxef min ofrielu dawn il-flus.