Pajjiżna jista’ jkun iċ-ċentru tal-Mediterran bil-fatti – Il-PM

Illejla fil-Birgu, lejliet Jum il-Ħelsien, il-Partit Laburista ċċelebra is-36 sena minn meta Malta kisbet il-Ħelsien fl-1979.
Il-Prim Minsitru Joseph Muscat qal li Malta għandha post ġeografikament tajjeb ħafna u tista’ tgawdi minn ħafna opportunitajiet.
Saħaq li fis-snin li ġejjin, Malta għandha tkun dik li tgħaqqad l-Afrika mal-Ewropa.
Apparti minn hekk, Joseph Muscat qal ukoll li Malta tista’ ssir ċentru fil-Mediterran fejn il-kura tas-saħħa u l-Enerġija jkunu fost l-aqwa fid-dinja.
Qal li fil-ħamsinijiet kienu jgħidu li ma jistax ikun hemm paċi u għaqda fid-dinja jekk ma jkunx hemm paċi u għaqda fil-Mediterran.
Żied jgħid li din it-teorija għadha tapplika sa llum il-ġurnata u Malta għandha tkompli tħeġġiġa.
Iċ-ċelebrazzjonijiet saru quddiem il-monument tal-Ħelsien fil-Birgu stess fejn tqiegħdu xi bukketti tal-fjuri għall-okkażjoni.