Pajjiżi tal-Golf Għarbi jesiġu li l-Qatar jagħlaq l-Al Jazeera

Erba’ pajjiżi Għarab bagħtu lista ta’ 13-il rikjesta lill-Qatar, fosthom talbu biex tingħalaq l-aġenzija tal-aħbarijiet Al Jazeera.
Is-Sawdi Arabja, l-Eġittu, il-Bahrain u l-Emirati Għarab Magħquda qatgħu kull relazzjoni diplomatika li kellhom ma’ dan il-pajjiż għax skonthom qiegħed jiddistabilizza r-reġjun.
L-istess pajjiżi issa qed jitolbu lil Qatar biex jilqa’ dawn ir-rikjesti jekk irid li jitneħħew is-sanzjonijiet li daħħlu fis-seħħ.
Il-pajjiżi qed jitolbu wkoll lil Qatar biex inaqqas ir-rabtiet tiegħu mal-Iran u biex fi żmien għaxart ijiem jagħlaq il-bażi militari fit-Turkija.
Min-naħa tiegħu l-Qatar qiegħed jiċħad l-akkużi ta’ dawn il-pajjiżi, fosthom li qed jgħin fil-finanzjament tat-terroriżmu.
Is-sitwazzjoni ta’ bħalissa qed titqies bħala l-agħar kriżi politika li affaċjaw il-pajjiżi tal-Golf Għarbi 
Għalkemm ma kien hemm l-ebda risposta mill-Qatar, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Sheikh Mohammed bin Abdulrahman al-Thani, qal li l-pajjiż mhux lest jinnegozja qabel ma jitneħħew is-sanzjonijiet.
Intant is-sit Al Jazeera għadu ma rraporta xejn fuq din il-lista ta’ rikjesti.