Pajjiżi jisħqu biex jieqaf il-ġlied fis-Sirja

Murat Kula/Pool via REUTERS

Il-mexxejja tar-Russja, Ġermanja, Franza u t-Turkija taw importanza kbira biex ikun hemm ftehim li jibqa’ dwar il-waqfien mill-ġlied fis-Sirja. Huma qalu li kumitat biex jiftiehem kostituzzjoni ġdida għandu jiltaqa’ sal-aħħar ta’ dis-sena.

Il-mexxejja ltaqgħu waqt laqgħa fl-Istanbul biex jiddiskutu lis-Sirja, hekk kif il-vjolenza ta’ dil-ġimgħa fl-aħħar ċentru maġġur ta’ ribelli wera kemm huwa fraġli l-ftehim li jevita attakk min-naħa tal-Gvern. Dan wara li kien hemm splużjonijiet f’Idlib li qatlu 7 persuni.

Idlib u ż-żoni ta’madwarha huma l-aħħar postijiet fejn hemm ir-ribelli, li marru kontra Assad fl-2011. Din iż-żona kienet post fejn kien hemm daqs 3 milljun persuna, iżda issa iktar minn nofs kellhom jaħarbu mill-attakki tal-Gvern.

Il-President ta’ Franza Emmanuel Macron saħaq li r-Russja u t-Turkija laħqu ftehim, u li l-pajjiżi l-oħra se joqgħodu attenti ħafna li l-ftehim jintlaħaq.