Pajjiżi fl-UE se jkollhom idaħħlu iktar kontrolli fuq l-armi kollha

Il-pajjiżi tal-UE se jkollhom idaħħlu iktar kontrolli stretti fuq armi li jisparaw fil-vojt biex dawn ma jkunux jistgħu jinbidlu għal armi li jisparaw munizzjon attiv.
Il-Kumitat dwar is-Suq Intern, fil-Parlament Ewropew, ivvota fuq emendi għal abbozz li jaġġorna d-Direttiva tal-UE dwar l-armi tan-nar.
L-MEPs approvaw tibdil li jwassal biex kull arma tan-nar li tiġi konvertita għal waħda li tispara fil-vojt, fosthom dawk użati fi sport, rappreżentazzjonijiet militari jew kaċċa tradizzjonali, tibqa’ taqa’ taħt ir-regoli Ewropej dwar il-kontroll tal-armi.
B’hekk jitranġaw nuqqasijiet legali li dehru b’mod ċar wara l-attakki terroristiċi ta’ Pariġi f’Novembru li għadda.