Pajjiżi Ewropej għandhom ikunu flessibbli fil-perjodu bejn id-dożi tal-vaċċin – WHO

Photo: Youtube

Hans Kluge, d-direttur tad-Direttur tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li l-pajjiżi Ewropej għandhom ikunu flessibbli fil-perjodu bejn meta tingħata l-ewwel u t-tieni doża tal-vaċċin ta’ Pfizer u BioNTech. 

Numru ta’ pajjiżi fosthom ir-Renju Unit, qed jamministraw il-provvisti baxxi ta’ vaċċin billi jestendu d-distakk bejn l-ewwel u t-tieni doża sa 12-il ġimgħa, u billi jikkunsidraw dożi inqas qawwija fit-tilqim. 

Kluge qal li huwa importanti li nsibu bilanċ bejn li nagħmlu l-aħjar użu minn provvisti limitati u nħarsu kemm jista ‘jkun nies.

Kluge qal li “Huwa importanti li deċiżjoni bħal din ssir billi jsir kompromess bejn il-kapaċità ta’ produzzjoni globali limitata bħalissa, u l-imperattiv għall-gvernijiet li jipproteġu kemm jista’ jkun nies filwaqt li jnaqqsu l-piż ta’ kwalunkwe mewġa sussegwenti fuq is-sistemi tas-saħħa.” 

Proposti biex tittawwal id-differenza bejn l-ewwel u t-tieni doża ġġeneraw dibattitu aħrax fost ix-xjentisti. Pfizer u BioNTech wissew li m’għandhom l-ebda evidenza li l-vaċċin tagħhom jibqa’ jkun effettiv jekk it-tieni doża tingħata aktar minn 21 jum wara l-ewwel.