Aġġornata: “Pajjiż wieħed ma żammx kelmtu dwar il-Lifeline”- PM

Il-pajjiżi kollha, ħlief wieħed, żammew kelmthom biex jieħdu numru t’immigranti minn fuq l-bastiment tas-salvataġġ MV Lifeline.

Dan kitbu l-Prim Ministru Joseph Muscat fuq Twitter, fejn kiteb ukoll li telaq grupp ieħor lejn l-Irlanda.

Dan hekk kif daqs ġimagħtejn ilu, telaq grupp t’immigranti għan-Norveġja. Apparti minn hekk, 51 mill-immigranti li waslu Malta abbord il-bastiment Lifeline kienu telqu għal Franza. Grupp ieħor ta’ immigranti li ġew Malta fuq il-bastiment Lifeline, marru lejn il-Lussemburgu. Iktar immigranti marru wkoll il-Belġju u kif ukoll lejn il-Portugall. L-aħħar pajjiż li fadal huwa l-Italja.

Il-bastiment MV Lifeline kien daħal f’Malta fis-27 ta’ Ġunju wara 6 ijiem jistennew xiħadd biex iħallihom jidħlu f’pajjiżhom.

Stqarrija m’għand il-Gvern ta’ Malta

Il-Gvern jirringrazzja lill-pajjiżi kollha li żammu kelmthom u għenu lill-immigranti jkollhom opportunita għal futur aħjar.