‘Paint’ wasal fl-aħħar

Il-programm tal-Microsoft Paint ġie inkluż fil-lista tal-aġġornament tal-Windows 10 li se jitneħħa jew ma jibqax jiġi żviluppat.
Paint ilu parti mis-sistema tal-Windows sa mit-tnedija tagħha fl-1985 u hu l-aktar magħruf għas-sempliċità u r-riżultati artistiċi bażiċi tiegħu.
Is-suċċessur ta’ Paint, Paint 3D xorta se jibqa’ aċċessibli fuq l-aġġornament tas-sistema.
Il-kumpanija Microsoft qalet li hemm ċans kbir li f’aġġornamenti futuri dan il-programm jitneħħa għalkollox.