Paġna fuq Facebook għal tagħlim tat-tfal tal-iskejjel primarji

Fuq Facebook infetħet il-paġna Primary Home Schooling Malta li hija maħsuba biex min għandu tfal żgħar li jattendu skola primarja jkunu jistgħu jaħdmu l-eżerċizzi li hemm fuq din il-paġna meta issa dawn jinsabu d-dar wara li għalqu l-iskejjel.

Fuq din il-paġna hemm bosta worksheets li għandhom jintogħġbu mit-tfal. Dawn il-worksheets jistgħu jkunu stampati u fejn mitluba jagħtuhom ukoll il-kulur.

Saret talba biex dawk li jidħlu fuq il-paġna jagħmlu Like biex b’hekk, waqt li nkunu d-dar, nistgħu nkomplu nedukaw lit-tfal biex ma jaħlux il-ħin tagħhom. Dan hu importanti peress li l-edukazzjoni huwa dritt uman. Iridu jkunu l-kbar li lil ulied juruhom li anki jekk inkunu d-dar xorta għandhom ikunu ħerqana li jkomplu jkunu edukati u mgħallma.