“Pagi wisq baxxi għall-għoli tal-ħajja” – Delia

Il-ħaddiema Maltin u Għawdxin qed ibagħtu minħabba li l-pagi qed jibqgħu baxxi imma l-għoli tal-ħajja dejjem qed togħla iżjed. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien qed jindirizza attività għar-residenti tad-disa’ distrett elettorali.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista (PN) qal li l-istatistika li ġiet ippubblikata riċentament turi li Malta kien hawn l-inqas żieda fil-pagi u salarji fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Minkejja dan, innota li l-prezzijiet tal-prodotti essenzjali bħal ikel qed jogħlew, bħal ma qed jogħlew prezzijiet ta’ fuel, propjetà u kirjiet.

Delia qal li anka l-middle class, li wħud jaħdmu full time u part time, mhux ilaħħqu mal-ħajja. Saħaq li l-mudell ekonomiku tal-Gvern li jkabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni qed iħalli mpatt negattiv fuq il-pagi.

Ikkonkluda billi qal li l-PN għandu pjan fit-tul u ekonomija sostenibbli biex il-ġid jitqassam b’mod ġust.