Pagi aħjar għall-ħaddiema tal-EUPA

Il-Union Ħaddiema Maqgħudin (UĦM) u l-European Union Programme Agency (EUPA) iffirmaw il-Ftehim Kollettiv l-ġdid li jkopri sa 2016.
B'hekk se jkunu qed jitjiebu diversi kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema fosthom titjib finanzjarju.
Fi stqarrija, l-UĦM qalet li d-diskussjonijiet tal-ftehim kolletiv kienu impenjattiva u kien hemm ċirkostanzi fejn kellha tirrikorri għal azzjonijiet industrijali u kien hemm l-intervent tad-Direttur tax-Xogħol u tas-Segretarju Permanenti Ewlieni. 
Sadanittant, nhar it-Tnejn 28 ta’ Lulju kien hemm żblokk fl-aħħar laqgħa fejn ġew proposti salarji ġodda u mtejba.
Kien għalhekk li f’dan l-istadju li l-unjin ltaqet mal-ħaddiema kollha tal-EUPA u spjegat l-proposti l-ġodda li ġew imressqa.