Paċi dejjiema f’Ġerusalemm u fid-dinja

Ġerusalemm: il-belt tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni

It-tlettax il-Patrijarka u Kapijiet ta’ Knejjes Insara f’Ġerusalemm fil-messaġġ tal-Għid tagħhom lill-poplu ta’ Ġerusalemm, il-Lvant Nofsani u lill-poplu tad-dinja, esprimew ix-xewqa li l-kliem ta’ Kristu “Jien ġejt biex huma jkollhom il-ħajja u ħajja bl-abbundanza”, isiru realtà kullimkien.

Id-dinjità umana

F’messaġġ flimkien, dawn il-mexxejja, nkluż l-Arċisqof Pierbattista Pizzaballa, l-Amministratur Apostoliku tal-Patrijarkat Latin, qal li permezz ta’ Ħajtu, il-Mewt u l-Qawmien mill-Imwiet, Ġesù ġien ħolqien ġdid u poġġa ix-xbieha ta’ Alla f’kull maħluq. “Il-festa tar-Resurezzjoni tfakkarna li d-dinjità umana għandu tkun rispettata u onorata”.

Filwaqt li nnutaw li Ġerusalemm hi “fanal tat-tama”, il-mexxejja spiritwali appellaw lill-insara biex jitolbu għal dawk “ir-reġjuni ta’ vjolenza” u għan-nisa u t-tfal li qed “jiffaċċjaw il-vjolenza”.

Belt ta’ paċi u rikonċiljazzjoni

“Il-ħajja li wiegħdna Kristu “hi abbundanti u mhux skarsa”. Ġerusalemm, il-belt tar-resurezzjoni hi fanal ta’ tama u ħajja”, żiedu jgħidu l-mexxejja reliġjużi.

Insistew li il-belt tal-ħajja hi wkoll il-belt tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni. “Għalhekk li status multi-reliġjuż u multi-kulturali  ta’ Ġerusalemm għandu jinżamm  u dawk li għandhom il-fidi ta’ Abraham għandhom iqisuha xejn aktar mill-belt tal-paċi u t-trankwillita”.

Vjolenza u paċi

Il-mexxejja reliġjużi ta’ Ġerusalemm wiegħdu li se jkomplu jitolbu għal ġaċi ġusta u dejjiema kemm f’din il-belt kif ukoll fid-dinja kollha. “Aħna determinati li nitolbu għar-reġjuni kollha fejn hemm il-vjolenza u n-niket, speċjalment fejn hemm vjolenza kontra persuni nnoċenti u postijiet tat-talb.

Filwaqt li nitolbu għan-nisa u t-tfal kollha madwar id-dinja, li qed isofru l-vjolenza u l-inġustizzja, nitolbu lill-popli biex jirrispettaw id-dinjità ta’ kull persuna umana u nimxu flimkien lejn ħajja sħiħa fil-paċi.

Il-mexxejja nsara stiednu lill-fidili kollha madwar id-dinja u fil-Lvant Nofsani biex ikunu xhieda tal-Qawmien ta’ Kristu mill-mewt billi jġibu ‘l quddiem u jipprattikaw il-valuri ta’ Kristu Rxoxt permezz tal-involviment tagħhom fil-ħajja tal-Knisja u fis-soċjetà.