Paceville bla dawl minħabba ħsarat

Kmieni waranofsinhar żviluppaw xi ħsarat fiċ-ċentru ta’ distribuzzjoni ta’ Paceville u dan wassal biex ikun hemm xi dħaħen li ġew ikkontrollati mill-ewwel.

Enemalta qalet li minħabba dawn il-ħsarat kien hemm interruzzjonijiet temporanji fil-provvista tal-elettriku sakemm isiru t-tiswijiet neċessarji.

F’post fuq Facebook, l-Enemalta ħabbret li l-provvista tal-elettriku mistennija tiġi lura għan-normal madwar sagħtejn oħra.

Huma skużaw ruħhom għal kull inkonvenjent li jista’ jinħoloq minħabba dawn it-tiswijiet.