Ozzy Lino u Kimberley se jiżżewġu

Għall-kantanti Ozzy Lino u Kimberly Manicaro qed joqrob żmien tassew eċċitanti hekk kif ilbieraħ il-kantant għamel uffiċjali l-aħbar li hu u l-maħbuba tiegħu Kimberley Manicaro se jkunu qed jiżżewġu f’inqas minn sena.

Ritratt; Facebook/OzzyLino

Iż-żewġ artisti ilhom ftit fir-relazzjoni tagħha u ftit inqas minn sena ilu, fil-31 ta’ Jannar hu kien ipproponilha u hi aċċettat.

Issa qed joqrob iż-żmien, jew aħjar kif kiteb Ozzy Lino stess, beda l-countdown, biex hu u Kimberly jiżżewwġu.

Ritratt: Facebook/KimberlyManicaro

Awguri lil din il-kopja għal dan il-jum speċjali li se jiċċelebraw fl-20 ta’ Diċembru 2020.