Ozil u Sanchez għandhom jibqgħu ma’ Arsenal

Skont is-sit sportiv Ingliż goal.com, Arsenal għandhom bżonn lil Mesut Ozil u lil Alexis Sanchez jekk verament iridu jirbħu l-Europa League. 
Jekk eventwalment dawn iż-żewġ stilel jitilqu f’Jannar, is-saħħa tat-tim ser tidgħajjef bil-bosta u l-objettiv tagħhom ma jseħħx. 
Minkejja illi fl-aħħar żewġ konfronti tagħhom ma kisbux it-tliet punti, il-Gunners spiċċaw l-ewwel fi grupp H sabiex għaddew għall-fażi oħra tal-UEFA Europa League. 
Arsene Wenger daħħal xi plejers illi normalment ma tantx jilagħbu fl-ewwel ħdax u r-riżultat ma tantx kien daqshekk sodisfaċenti hekk kif ġew megħluba barra minn darhom minn Colognebl-iskor ta’ 1-0. 
Francis Coquelin u Mohamed Elneny bdew minflok MesutOzil u Alexis Sanchez għalkemm ftit impressjonaw kontra tim illi jinsab f’qiegħ il-klassifika tal-Bundesliga.