“Ozil jitlaq f’Jannar” – Keown

L-eks plejer ta’ Arsenal Martin Keown ikkonferma illi Mesut Ozil ser jitlaq lil Arsenal f’Jannar illi ġej.
L-internazzjonali Ġermaniż qed jinteressa diversi klabbs Ewropej hekk kif bħalissa qed isiru taħditiet ukoll mal-klabb ta’ Manchester United.
Ozil ġie mlaqqam bħala l-plejer ribell fl-Emirates Stadium filwaqt illi ħafna jsostnu li hu fadallu biss ftit ġimgħat ma’ dan it-tim.
Ozil għandu 29 sena u ilu ma’ Arsenal erba’ snin fejn lagħab 122 partita bil-flokk aħmar u abjad filwaqt li skorja 23 gowl.