Oxlade-Chamberlain iġedded il-kuntratt ma’ Liverpool

Alex Oxlade-Chamberlain ta’ Liverpool iffirma kuntratt ta’ estensjoni mal-klabb sal-2023. Iż-żgħażugħ ta’ 25 sena rritorna għal-logħob f’April wara li kien ilu nieqes sena minħabba li weġġa’ l-ligament tal-irkoppa waqt is-semi-finali taċ-Champions League kontra Roma fl-2018.

Il-kuntratt preċedenti tal-midfielder kellu jiskadi f’Settembru tal-2022.

F’intervista, Chamberlain qal li hu eċitat għall-fatt li reġa’ ffirma ma’ Liverpool. Hu qal li jispera li tal-inqas ikun jista’ jagħti dak kollu li jaf waqt il-logħob u jġib dak kollu li tilef is-sena li għaddiet.