Owen Leuellen ma jridx imur għall-Eurovision

Facebook

Owen Leuellen f’post fuq facebook awgura lil Michela Pace u qal li jinsab ferħan għaliha u faħħarha għat-talent li għandha. Madanakollu Leuellen għamilha ċara li hu m’għandu l-ebda ħsieb li jmur għall-Eurovisrion u qal li għandu pjanijiet differenti mill-Eurovision.

Huwa qal li beda mix-xejn u rnexxielu jasal sat-tieni post u ta’ dan jinsab kuntent u rringrazzja lil dawk kollha li vvutawlu. Huwa qal li l-karriera tiegħu hija oltre mill-Eurovision u b’kull rispett lejn il-fans tal-Eurovision huwa qal li din mhux xi ħaġa tiegħu.

Leuellen għamel din l-istqarrija wara li bdiet iddur petizzjoni biex Owen Leuellen jitla’ għall-Eurovision ma’ Michela Pace r-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ Xfactor Malta.

Petizzjoni biex Owen jitla’ għall-Eurovision ma’ Michela

First of all I would like to say a big well done to Michela Pace for her amazing talent I’m very happy for you 😁, and…

Posted by Owen Leuellen on Monday, January 28, 2019