Owen Bonnici jsalva Forti Sant Anġlu milli jispiċċa “billboard”

Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali Maltija għall-kultura, neħħiet reklam tagħha li kien qed joffri l-użu tal-Forti Sant Anġlu bħala “billboard” għar-reklami. Dan wara li l-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici għamel il-ħsibijiet tiegħu “ċari” dwar kif jaħsibha dwar dan.

Fuq Facebook, Heritage Malta tellgħet reklam li jiddeskrivi lill-Forti Sant’Anġlu bħala spazju uniku ta’ reklamar. Għal aktar dettalji dwar dan, Heritage Malta kienet qed titlob lil-nies biex jagħmlu kuntatt magħha.

Dalgħodu, il-Ministru Owen Bonnici qal li ma jaqbilx li l-forti “tiġi ridotta qisha xi billboard fejn min jiflaħ iħallas jagħmel reklam bid-dwal fuqha.” Żied jgħid li jaf li “dan qatt ma kien l-iskop ta’ Heritage Malta” u li għamel il-ħsibijiet tiegħu “ċari” dalgħodu.

Bongu hbieb,Il-Forti Sant Anglu hi binja storika fantastika. Naqbel li f'avvenimenti nazzjonali (bhad-dhul ta' Malta…

Posted by Owen Bonnici on Monday, July 1, 2019

Heritage Malta titmexxa minn Bord ta’ Diretturi li huwa appuntat mill-Ministru għall-Kultura. Bħalissa qed jitmexxa minn Dr Anton Refalo (Chairperson), Anthony Scicluna (Vice-Chairperson), Mario Cutajar (Direttur Eżekuttiv), Prof. JoAnn Cassar (Membru), Anthony Degiovanni (Membru), Peter Muscat (Membru), Dr Gerald Montanaro Gauci (Membru), Leanne Abela Grech (Membru), u Anthony Preca (Membru).