Ottubru: ix-xahar fejn id-demokrazija sfat attakkata

Read in English.

Hemm żewġ avvenimenti separati li huma mmarkati f’Ottubru, meta tqabbad il-bini ta’ The Times u l-assassinju tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia. Id-drittijiet umani, il-libertà tal-istampa, ir-rule of law u d-demokrazija f’Malta sfaw attakkati.

Lura fil-15 ta’ Ottubru tal-1979, il-binja ta’ The Times of Malta ħadet in-nar. 38 sena u ġurnata wara, il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata permezz ta’ karozza bomba, passi bogħod mid-dar.

L-avveniment tal-ħruq ta’ The Times ġie msejjaħ bħala “Black Monday”. Sussegwentement daħlu jkissru wkoll fid-dar tal-Eks-Kap tal-Oppożizzjoni u l-mexxej tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami, wara rally mill-Partit Laburista. Minħabba n-nar, id-dokumenti u xi ritratti li jmorru lura għas-snin 1920 inħarqu. Ix-xandar tal-istat irrapporta l-ħruq bħala “nar żgħir”. Iżda l-ħaddiema għamlu lejl sħieħ ta’ ħidma biex il-gazzetta ħarġet xorta waħda l-għada filgħodu.

Fis-16 ta’ Ottubru tal-2017, għall-ħabta tat-3:00pm, Daphne Caruana Galizia spiċċat assassinata. Sal-ġurnata tal-lum il-moħħ wara l-assassinju għadu ma sarx magħruf. L-inkjesta pubblika li tħabbret ftit jiem qabel għalaq it-terminu ta’ tliet xhur li ngħata mill-Kunsill Ewropew, għadha ma bdietx.

Tnedija ta’ ktieb

Il-ktieb Murder on the Malta Express: Who killed Daphne Caruana Galizia? li nkiteb minn Carlo Bonnini, Manuel Delia u John Sweeney se jiġi mniedi waqt avveniment nhar it-Tnejn. Il-ktieb inkiteb ad unur Caruana Galizia.

Nhar it-Tlieta se jkunu mnedija żewġ kotba. Black Monday – A night of mob violence miktub minn Victor Aquilina u Navigating The Maltese Mediascape li l-edituri tiegħu huma Fr Joseph Borg u Mary Anne Lauri.

Protesta

Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Ottubru, l-NGO Repubblika u Occupy Justice se jorganizzaw laqgħa fis-silenzju, quddies u protesta biex jfakkru t-tieni anniversarju mindu nqatlet Caruana Galizia.

Tista’ tisma’ l-intervisti ma’ Sweeney, Bonnini, Delia kif ukoll Don Luigi Ciotti nhar l-Erbgħa fuq 103 waqt il-programm Newsbook Hour.