Osservaturi tal-OSCE jaslu fil-post fejn ikkraxxja l-ajruplan fl-Ukraina

L-osservaturi tal-OSCE, akkumpanjati minn esperti Olandiżi u Awstraljani waslu għall-ewwel darba fil-post fejn ikkraxxja l-ajruplan tal-Malaysia Airlines MH17 fil-lvant tal-Ukraina.
Dawn l-esperti se jkunu qed jeżaminaw mill-qrib il-mod kif seħħ il-kraxx.
Dakinhar tas-17 ta’ Lulju, mietu l-passiġġieri u l-ekwipaġġ li kienu abbord din it-titjira.
L-Istati Uniti u l-Gvern Ukren qed isostnu li l-ajruplan twaqqa’ mis-separatisti Russi f’Donetsk.